* * *
Il-Kunsill Lokali San Pawl il-Bahar… x’ghamel fil-Qasam Edukattiv?
Jum Dinji tal-Ktieb
Il-Kunsill Lokali San Pawl il-Bahar ta donazzjoni ta’ kotba lil-librerija ta’ l-iskola Primarja Patri Felic Sammut fl-okkazjoni ta’ World Book Day. Il-Kunsill stieden diversi ambaxxaturi ghal din l-attivita. Fost dawk prezenti kien hemm l-Ambaxxatur tac-Cina, l-Ambaxxatrici ta’l-Amerka, ic-Charge d’Affaires ta’ l-Irlanda. L-ambaxxatur Awstraljan ta donazzjoni tieghu, izda ma setax jattendi.
Jum id-Dinja (Earth Day)
………..u fl-okkazjoni ta’ Earth Day ta’ donazzjoni ta’ 8 skips biex jigi sseparat l-iskart. Bis-sahha t’hekk il-Kunsill qed jaghti spinta lill-inizjattiva ta’ separazzjoni ta’ l-iskart fost uliedna.
Qari ta’ Stejjer minn PINGU u PINGA
………. u biex ikompli jsahhah l-imhabba lejn il-ktieb, il-Kunsill Lokali San Pawl il-Bahar niehda sensiela ta’ sezzjonijiet ta’ qari mill-MASCOT mahluq apposta PINGU U PINGA li darba f’gimgha qed jaqraw stejjer helwin lit-tfal fi gruppi ta’ bejn il-5 u 7 snin u dawk ta’ bejn 8 u l-11 il-sena.
AVVANZ – ghajnuna fil-homework
………. u biex ikompli jsahhah l-edukazzjoni fost it-tfal il-batuti l-Kunsill Lokali San Pawl il-Bahar niehda ghajnuna fil-homework lit-tfal li m’ghandhomx min jghinhom jew li ghandhom xi problema ohra relatata.
Kompetizjonijiet ta’ Tpingija
……….. u biex irawwem sens ta’ kultura fit-tfal tal-lokal taghna, il-Kunsill niehda diversi kompetizzjonijiet bi premjijiet varji. L-ahhar wahda saret fl-1 ta’ Mejju 2006 f’Misrah il-Bajja.
Kampanja ta’ tindif flimkien mal-Girl Guides
……….. u biex isahhah l-apprezzamnet ghall-wirt kulturali hadem bi shih mat-38 Grupp tal-Girl Guides tal-Qawra f’kampanja ta’ tindif f’Mixjet Wirt Artna fix-Xemxija. fl-okkazjoni ta’ Earth Day. Il-guides li ppartecipaw gew moghtija certifikat ta’ partecipazzjoni mis-Sindku Paul Bugeja.